|
|
UNDER
17 LEAGUE |
Oratory Youths FC
1
(Ray George Cassar)
|
GHAJNSIELEM
FC
5
|
| Formation:
|
Andrew
Zammit, Marlon Cassar, Ray-George Cassar, James Tabone, Keith
Farrugia (capt), Gorgi Portelli, Francesco Munford, Daniel
Tabone, Joseph Attard, Stephen Azzopardi, Pawlu Frendo* |
| Substitutes: |
|
Matthew Borg, Andrew Borg, Massimo Grech, John Henry Meilak* |
Coach:
Ass.Coach:
|
Vincent
Grech
George Mizzi |
|
Kummenti
dwar il-loghba minn George Mizzi:
Din il-loghba kienet it-tieni loghba tac-championship pool ghalina
kontra team li qieghed jiggieled ghar-rebh tal-kampjonat. Kellna
certu players li kellhom l-ezamijiet u ma setghux jkunu prezenti
ghal din il-loghba. Fl-ewwel 25 minuta tal-loghba qsamna l-loghb
ma l-avversarji. Imma Ghajnsielem hadu l-vantagg fit-30 minuta meta
minn shoot tan-numru 9 taghhom hasad il-goalkeeper taghna. Fil-35
minuta shoot tajjeb ta’ Joseph Attard gie salvat ghal corner
mill-goalkeeper taghhom. Hekk spica l-ewwel half 1-0.
Fit-tieni taqsima ghamilna sostituzzjoni meta John Henry Meilak
dahal flok Pawlu Frendo. Issa t-team taghna kien qed jilghab kontra
r-rih u Ghajnsielem ghamlu pressjoni tajba f’dan il-half ghax
wara biss 15-il minuta, l-iskor sar 2-0. Wara dan il-goal kellna
azzjoni tajjba mahduma bejn Marlon Cassar lejn Joseph Attard li
x-shoot tieghu jigi salvat mill-goalkeeper taghhom. Ftit wara Ghajnsielem
ghamlu l-iskor 3-0. Ghajnsielem baqghu jaffsu ghall-goal imma il-goalkeeper
taghna Andrew Zammit, li kien qed jaghmel it-tieni dehra tieghu
maghna, salva bosta tentattivi ta’ Ghajnsielem. Ftit wara
Ghajnsielem zidu liskor 4-0 bi free-kick sabih go l-anglu li l-goalkeeper
taghna ma kellhux cans isalvah. Azzjoni tajba tat-team taghna meta
minn pass ta’ Keith Farrugia lejn Joseph Attard b’dan
jaghti lil Francesco Munford li gie wahdu quddiem il-goalkeeper
u x-shoot tieghu jigi ikklerjat. B’azzjoni sabih Ghajnsielem
ghamlu l-iskor 5-0. Ftit qabel ma spiccat il-loghba, azzjoni tajba
ta’ Ray George Cassar, jixxutja tajjeb u jiskorja goal sabih.
B’hekk l-iskor sar 5-1. Ftit wara azzjoni ta’ l-istess
player iqassam lejn Marlon Cassar, b’dan jixxutja u jmur ftit
barra. Hekk spiccat il-loghba 5-1. Ghajnsielem kienu ahjar minna
f’din il-loghba. |
|