UNDER 17 LEAGUE

Oratory Youths FC
2

(Gorgi Portelli, Stephen Azzopardi)

QALA ST. JOSEPH FC
1
Formation:

Angelo Brignoli, Marlon Cassar, Ray-George Cassar, James Tabone, Joseph Attard, Keith Farrugia (capt), Gorgi Portelli, Francesco Munford, Adrian Borg, Luke Borg, Stephen Azzopardi*

Substitutes:
John Henry Meilak, Daniel Tabone, Charlon Bugeja, Andrew Borg, Paul Galea, William Galea, Matthew Borg*, Pawlu Frendo
Coach:
Ass.Coach:
Vincent Grech
George Mizzi

Kummenti dwar il-loghba minn George Mizzi:
Fir-raba’ loghba taghna kontra Qala St. Joseph, bdejna bl-istess formazzjoni bhal ta’ qabel hlief li fl-attakk beda Stephen Azzopardi flok Matthew Borg. Mill-ewwel morna fuq l-attakk wara biss 3 minuti meta Adrian Borg ta’ pass lejn Stephen Azzopardi u dan ta’ l-ahhar jixxutja shoot tajjeb izda l-goalkeeper tal-Qala jsalva. Fil-5 minuta tal-loghba skurjajna. Dan gie minn cross ta’ Joseph Attard lejn Francesco Munford. Dan ta’ cross iehor lejn Gorgi Portelli u b’header fetah l-iskor ghal 1-0. Qala kellhom cans tajjeb meta in-no.10 taghhom xutja shoot u mar barra. Fl-20 minuta pass ta’ Adrian Borg lejn Francesco Munford u dan jaghti pass lill-Stephen Azzapardi. Dan ta’ l-ahhar jixxutja u jisskorja biex b’hekk gejna 2-0 min fuq. B’hekk spiccajna l-ewwel half bi 2-0 minn fuq. Bdejna t-tieni half billi ergajna morna fuq l-attakk. Wara biss 20 minuta ta’ dan il-half shoot tad-difensur Ray-George Cassar mar ftit barra. L-Oratorju, f’dan il-half, kellhom hafna l-pussess tal-ballun izda l-Qala kienu perikoluzi bil-kontra attakk. L-Oratorju ghamlu sostituzzjoni fejn dahal Matthew Borg minflok Stephen Azzopardi. Fl-ahhar kwarta tal-loghba l-iskor sar 2-1 meta id-dinfensur taghna James Tabone ghamel foul fil-kaxxa fuq il-captian tal-Qala u minn penalty skurjaw. Ftit wara cans f’saqajn Luke Borg bil-player taghna jixxutja barra. Fl-ahhar 5 minuti tal-loghba, il-captian tal-Qala gie muri l-karta l-hamra u tkecca. Hekk spiccat il-loghba bl-iskor ta’ 2-1 favur l-Oratorju.


Developed by
isgozo.com